Ninsab ċerta mija fil-mija li l-iżjed persuna li jħobb Ben Camille b’qalbu kollha hija t-tifla tiegħu Elle. Kull darba li jitfa’ filmat dejjem toħroġ iżjed ċara l-imħabba pura li teżisti bejniethom.

Għalkemm ninsabu f’temp xitwi, fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tiegħu, Ben tella’ filmat li juri xi memorji tas-sajf li għadda flimkien ma’ Elle u l-mara tiegħu Xtina.

Huma t-tip ta’ memorji li jqanqlu tbissima f’kull min jara l-filmat. Mill-filmat kollu, l-iżjed parti ħelwa u oriġinali għalija hija meta Ben uża lil Elle bħala weight biex jagħmel l-eżerċiżżju tiegħu. Idea tajba ħa ngħidlek!

elle
Ritratt: Facebook/Ben Camille

Id-daħka li għandha Elle hija tat-tgħafis. Ħafna nies jaqblu li t-tfal jiġu fid-dinja mhux biex ngħallmuhom aħna bħala ġenituri, iżda biex jgħallmuna huma. Jidher li l-“kuċċla pie” Elle qed tagħmel hekk ukoll għal Ben u Xtina!

Facebook/Ben Camille


Nicole Barbara