Iċ-ċkejkna Chrizaya Attard hija mudella li s-sena l-oħra rajniha fuq il-palk flimkien ma’ Emma Muscat fil-Eurovision Song Contest ta’ Malta.
Riċentament, din it-tifla tefgħet filmat fuq il-paġna tagħha ta' Facebook fejn bdiet tiżfen iż-żifna popolari ta’ Wednesday Addams li dehret f’wieħed mill-episodji tas-serje Wednesday fuq Netflix. Dan il-filmat bħalissa qiegħed viral wara li Chrizaya irnexxielha ttella’ eluf ta’ views fuqu.
Dan il-filmat ġie mxandar ukoll fuq il-programm TVAM minn Keith Demicoli. Mhux talli kulħadd iggustaha meta telgħet fuq il-palk ma’ Emma imma issa rnexxielha tikseb l-udjenza b'din iż-żifna ħelwa.