L-attriċi Moira Muscat kienet mistiedna titkellem waqt il-programm Awla rigward l-inċident sfortunat li kellu l-għażiż żewġha Mark lura fl-2018. Sfortunatament kien tilef ħajtu ħamest ijiem wara li ttieħed l-isptar u kien f'qagħda kritika.
"Irċevejna telefonata li hemm aċċident. Qalulna biex immorru. Meta ċempluli l-pulizija għidt, 'uija jiġru tant... naf li ma kienx isuq.' Fl-istess ħin bdejt ngħid, 'madoffi mhux xi ħaġa gravi hux... biex qalulna biex niġu mill-ewwel u biex ma kellimnix'... ġirja waħda lejn l-isptar."
Moira tirrakkonta li malli waslu qalulhom li kien gravi. "Wasalna u qalulna li qiegħed gravi. Għamlu li setgħu, u wara ħamest ijiem ġie nieqes. Bażikament dak li ġara, ħareġ għax-xogħol u ma ġiex lura." Moira tirrakkonta kif żewġha Mark, kien qed isuq il-mutur, inqabad bejn żewġ karozzi.
L-attriċi titkellem dwar kemm hi sitwazzjoni diffiċli ħafna, u n-nuqqas ta' żewġha jinħass anke f'okkażjonijiet speċjali. "Filli qed tippjana, aħna anke holiday konna qed nippjanaw biex immorru flimkien. Kollox jinbidel, ħajtek tinbidel ta' taħt fuq... filli għandek familja filli sfrattat."
Issemmi fost l-oħrajn l-okkażjonijiet meta gradwa. "It-tifel gradwa dartbtejn, it-raġel qatt ma kien hemm.... Inti trid tifraħ fil-gradwazzjoni, imma ma tistax tifraħ, nispiċċawq nibku t-tnejn li aħna," tgħid Moira.
Kuraġġ għażiża Moira u l-familjari kollha. Segwi l-intervista hawn taħt: