It-temp illum isir ġeneralment imsaħħab u b’ħalbiet iżolati tax-xita, possibilment qawwija u bir-ragħad u silġ iktar tard. Mistenni jiksaħ u jsir mirjieħ fit-tieni parti tal-jum.

Ir-riħ se jkun moderat (Forza 4) mill-Punent Majjistru li jsir kiesaħ, qawwi (Forza 5-6) u bil-buffuri mit-Tramuntana. Il-baħar huwa ġeneralment moderat li jsir ftit qawwi għal qawwi, "l-aktar fejn jaqbel". L-ogħla temperatura llum hi ta' 19°C mentri l-inqas illejla tkun 14°C.

Fuq il-midja soċjali ttella' anke filmat li juri l-beraq minn kmieni dalgħodu.

Facebook/ It-Temp Madwarna - Adel Ferrito


Kyle Zarb