Joe Demicoli, li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ktibna li kiser siequ kiteb, "Grazzi lill-infermiera ta' Mater Dei għad-dedikazzjoni lejn xogħolhom."

Iżda mbagħad wera d-diżappunt tiegħu għal dak li esperjenza, "Mhux l-istess għall-Infrastructure Malta u l-Ministru... għax-xogħol bażwi u bla ħsieb." Joe jgħid li, "'Għas-sigurtà' (skont huma) għalqu l-entratura ta' service road, biex issa f'każ ta' emerġenza, ambulanza trid tidħol b'lura. Inkompetenti."

Times of Malta, fil-ġimgħat li għaddew kitbu dwar ilmenti li numru ta' residenti fil-Marsa għamlu dwar din it-triq. Qabel dawk li kienu bil-pass, setgħu jaqsmu t-triq li tinsab fil-Marsa-Ħamrun bypass, imma issa għandhom bżonn jimxu madwar 5 minuti biex jaslu min-naħa għall-oħra tat-triq.

X'taħseb dwar dan?


Emil Calleja Bayliss