Ħielsa mill-ġdid! Grupp ta' Maltin li kienu fuq dgħajsa lbieraħ raw fekruna li sfortunatament kienet imwaħħla ma' baga u huma assistew sabiex isalvaw lil din il-povra fekruna li ma setgħet tagħmel xejn.

Hekk kif resqu lejn il-fekruna, kif jidher fil-filmat, hi kienet xi ftit imbeżża', iżda refgħuha bilmod u bdew jaqtgħuha mill-ħbula li nqabdet fiha, attenti li jevitaw milli jweġġgħu lilha. Ħin minnhom dehret li ħadet qatgħa imma ladarba ġiet maħlula, bħal qisha sellmitilhom u telqet għar-riħa.

Facebook / Mark Camilleri


Emil Calleja Bayliss