Is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, John Pillow, qasam filmat li ħa max-Xatt ta' Tas-Sliema.

Mal-filmat kiteb, "Allavolja min għoġbu joħroġ dan iż-żibel neħħa l-indirizz tiegħu minn fuq il-kaxxi, ma qtajtx qalbi u sibt min ħalla mandra taħt il-bankina ġewwa x-Xatt."

Wara li juri ħafna kaxxi mormijin bl-addoċċ taħt il-bankina, juri wkoll lil dawk in-nies li tefgħuhom joħorġu għalihom u jiġbruhom. Pillow ikkummenta kif dawn in-nies ikkooperaw malli qalilhom biex inaddfu s-skart li ħallew jiġri.


Gwida.mt