Il-mara tal-Prim Ministru, Lydia Abela kienet mistiedna waqt il-programm Illum Ma’ Stef, fejn tkellmet dwar il-familja kif ukoll dwar Jum l-Omm li jaħbat nhar il-Ħadd li ġej.

Titkellem ma’ Stef u Noelene smajna wkoll lil Giorgia Mae dwar x’tixtieq tagħmel la tikber u fost li tixtieq issir vet, sforz kemm tħobb lill-annimali, qalet frasi li serqet il-qlub ta’ ħafna. “Irrid li nħobb lil kulħadd bħal ma tagħmel il-mama”. Aktar tard Giorgia tgħaddi messaġġ lill-ġenituri tagħha, Dr. Robert Abela u Lydia, fejn irringrazzjathom minn qalbha ta’ kemm iħobbuha u jieħdu ħsiebha.

Isma’ aktar f’din l-intervista.


Kyle Zarb