Ilbieraħ ingħata bidu għall-avveniment Summer Lust, kunċert b’risq Dar Bjorn ġewwa Ħal Għaxaq, fejn il-kantanta prinċipali kienet Ira Losco. Dan il-kunċert kien isir kull sena qabel il-pandemija u issa erġajna rajna r-ritorn tiegħu.

Waqt dan il-kunċert Ira Losco saħħret lil kull min kien preżenti bil-vuċi sabiħa tagħha u waħda mill-kanzunetti li kantat kienet 7th Wonder. Din il-kanzunetta kantatha b’mod differenti mis-soltu għaliex kienet verżjoni akustika li biha paxxiet lil kulħadd.

B’din il-kanzunetta Ira kienet irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2002 fejn kienet ikklassifikat fit-tieni post. 7th Wonder kienet ġabret 164 punt, 12-il punt biss inqas mil-Latvja li rebħet dik l-edizzjoni tal-Eurovision b’176 punt.

Illejla Summer Lust se jkompli bit-tieni u l-aħħar ġurnata fejn se il-kantant prinċipali tas-serata se jkun Ivan Grech.

Facebook / Ira Losco / Għaxaq Music Events


Henzley  Bezzina