Il-paġna tat-temp Malta Weather fuq Facebook għadha kif żvelat filmat li juri l-mewġ jogħla u jaħbat mal-bini ta’ Marsalforn f’Għawdex. Naturalment dan huwa kaġun tar-riħ qawwi li qed jolqot lill-ġżejjer tagħna.

Apparti minn hekk, il-paġna żvelat ukoll ritratt li juri l-mewġ jogħla mal-irdum kollu f’Wied il-Mielaħ. It-temp għal-lum se jkun b’riħ Forza 7, xi kultant b’ħalbiet iżolati tax-xita u temperaturi friski.

Wieħed hu mitlub joqgħod attent u kemm jista’ jkun ma jersaqx lejn irdum jew bajjiet.

Facebook/Malta Weather


Nicole Barbara