Fuq il-paġna ta' Facebook ta' The Morning Vibe, ittella' filmat bir-reazzjonijiet tal-preżentaturi JD, Abel u Martina, propju xħin saru jafu li mhux huma rebħu l-award ta' Lovin Malta tal-bieraħ.

Abel deher ftit sorpriż, Martina ċapċpet u provat turi sens ta' ferħ għar-rebbieħa, imma JD... aħjar ma ngħidux wisq dwar ir-reazzjoni tiegħu. Araw b'għajnejkom! Bosta segwaċi tal-preżentaturi kkummentawlhom fejn mill-ġdid ferħulhom tax-xogħol tagħhom, u wrew li xorta waħda għadhom iħobbuhom, anke jekk ma rebħux l-award.

Prosit lil Nate, Frank u Rossi tar-rebħa! Minn qalbna ngħidu prosit u awguri għad-darba li jmiss lil JD, Abel u Martina!


Gwida.mt