Smajna kemm -il darba x-xewqa u l-bżonn li f’pajjiżna nagħmlu qabża ta’ kwalità u kwantità fejn jidħlu l-opportunitajiet għal min hu involut fl-eżerċizzju u l-isport f’pajjiżna.

Lkoll nafu li aħna pajjiż żgħir b’sorsi u opportunitajiet limitati, pero’ bosta jinnutaw il-progress notevoli li qed isir f’dawn l-aħħar snin, fejn qed naraw aktar persuni kwalifikati u aktar atleti jtebju r-riżultati tagħhom personali u anke għal Malta meta jirrappreżentawna.

Matthaeus Grasso spiss narawh itella' filmati fejn jħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħmel kuraġġ u jagħmel dak il-pass biex fl-aħħar mill-aħħar itejjeb ħajtu. Imma llum xtaqna nifirħulu talli kiseb stat ieħor f'dan il-qasam fejn permezz tal-istudju fil-Manchester Metropolitan University kiseb il-BSc. (Hons.) Sports & Exercise Sciences.

"Grazzi għall-appoġġ morali u finanzjarju li rċevejt, specjalment mill-Malta Sports Scholarship Scheme, kien possibli għalija li nitgħallem b’mod prattiku u anke teoretiku fl-Ingilterra biex issa nuża dan t-tagħlim li akkwistajt tul dawn l-aħħar snin f'pajjizna stess", stqarr magħna Matthaeus.

Kompla jgħidilna, "Bir-Realtà ta’ obeżità u anke ta’ nuqqas kbira t’attivta Fizika fil-kultura tagħna, nemmen li għandna bżonn numri kbar ta’ professjonisti li jagħmlu qabża ta’ kwalità ‘l quddiem biex ikunu jistgħu ikomplu jnaqqsu l-ammont ta’ nies li jiġu affetwati mill-problemi, uħud minnhom anke fatali, ikkawzati kemm bl-obeżità u kemm bin-nuqqas t’attivita’.

Tajjeb li dan il-parir nosservawh ilkoll anke jekk forsi għandna figura tajba għaliex l-eżerċizzju fiżiku tajjeb għal kulħadd. Awguri Matthaeus!

Ritratt: Facebook/ Matthaeus Grasso


Clifford Galea