Ilbieraħ, it-tabib Dr. Frank Portelli qasam post fuq il-profil tiegħu fejn kiteb dwar il-ħsara li skontu ħa ssir bil-miżuri u restrizzjonijiet. Hu jgħid li l-miżuri u restrizzjonijiet ġodda mhumiex se jgħinu biex tiġi kkontrollata l-Covid-19, iżda "se jkissru r-ristoranti."

Dr. Portelli jkompli jispjega f'kumment li l-vaċċin mhux qiegħed hemm biex ma jkunx hemm trasmissjonijiet, speċjalment jekk l-Omicron se jkompli jiddomina. Illum waqt F Living Show f'kollegament ma' Karl Bonaci spjega dwar il-fatt li m'għandhiex tingħata r-raba' tilqima.

Jispjega r-raġuni għal dan kif ukoll għad-dikjarazzjoni li għamel li hu mhux se jkun qed jitlaqqam għar-raba' darba jekk din tiġi infurzata. "Ir-raba' waħda mhux ħa neħodha. Lanqas jekk jitfgħuni l-ħabs."


Kyle Zarb