Fl-aħħar jiem skoprejna li Raisa Brincat Newell u Natalya Galdes ser ikunu ż-żewġ preżentaturi tal-edizzjoni li jmiss ta' HazZzard; l-avventura li tibda minn Ottubru li ġej.
Raisa, ta' My Trio, tkellmet dwarha nnifisha u sirna nafuha naqra aħjar permezz ta' filmat qasir fuq il-paġna ta' HazZzard. Raisa tgħid kemm il-familja hi importantissima f'ħajjitha u tista' tgħid li fir-ritratti narawhom ta' spiss.
"It-tlieta għandhom karattri differenti, u nħossni ffurtunata li ta' eta żgħira kelli t-tfal, u qed inħossni qed nikber magħhom," tgħid Raisa dwar uliedha. Issemmi fost il-mumenti ħelwin li jkollhom fil-familja, meta hi, r-raġel u t-tfal jibagħtu r-ritratti lil xulxin.
X'kienet ir-reazzjoni tagħha meta qalulha biex tkun preżentatriċi? "Irċevejt telefonata, kont fit-traffiku, tfajt fil-ġenb u rrispondejt it-telefonata. Għall-ewwel, il-verità, ħsibtha li hi ċajta!" Dan hekk kif kemm-il darba ssib min jipprova jagħmlilha xi ċajta l'hemm u l'hawn.
Segwu aktar war Raisa f'dan il-filmat t'hawn taħt. Awguri Raisa għal din l-esperjenza!