Il-kantant Kersten Graham, li rajnih ukoll fit-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta, għadu kif ħareġ il-filmat mużikali tad-diska KAOS.
Kersten qal li t-ton ta’ din id-diska huwa mimli b’atitudni u rabja lejn dawk li ħasbu li se jsikktuh u anke hija kontra dawk in-nies li jaħsbu li l-opinjoni tagħhom hija bilfors valida u superjuri.
F’dan il-filmat Kersten għamel xi ħaġa li ċertu nies jaf iqisuha bħala ġennata. Dan għaliex waqt li kienu qiegħdin jiffilmjaw, f’nofs filmat Kersten fettillu jqaxxar xagħru.
Żgur li se jkun hawn min isaqsi lil Kersten dwar għaliex fettillu jqaxxar xagħru!
Facebook / Kersten Graham