Nhar il-Ħadd li għadda żżewġu l-ġurnalist Massimo Axisa u martu Christina. Ġurnata li tant kienu ilhom jistennew! Smajna ħafna affarijiet sbieħ dwar it-tieġ li kellhom, iżda forsi mhux kulħadd sema' b'min mar bħala sorpriża għall-għarusa!

Fil-fatt milli jidher Massimo ħejja sorpriża għal martu Christina u stieden lill-mużiċista Christina Novelli. Novelli baqgħet famuża fost l-oħrajn għall-kanzunetta Concrete Angels, li fil-fatt tinstema għaddejja f'dan il-filmat waqt it-tieġ ta' Massimo u Christina.

L-għarusa ma stennithiex din u tant ferħet! Ħin minnhom daret fuq Massimo u b'daħka qaltlu, "Int miġnun!", tant kemm ma setgħetx temmen. "Prosit eh Massimo x'sorpriża mill-isbaħ! Awguri mill-ġdid! 

Facebook/ Brighter Image Weddings


Kyle Zarb