Waqt Sibtek fost il-mistednin kien hemm l-attur maħbub Vince Micallef Pule, li rajnieh f'diversi produzzjonijiet ta' suċċess fosthom L-Ispettur Lowell, Gizelle, Emilja, Ħbieb u Għedewwa, Il-Klinika u aktar. Vince tkellem mal-preżentatriċi Claudia Faniello dwar il-ġbid ta' xena partikolari li ma jinsa qatt.
Vince isemmi, kif waqt xena li kellu f'kamra tas-sodda, ħin minnhom kellu bżonn jieqaf minħabba li kellu bżonn imur sal-kamra tal-banju. Dakinhar kienu qed jiġbdu x-xena ġo dar ta' anzjana Maltija, li inzertat kienet tħobb issegwi l-produzzjonijiet lokali, u l-kamra tal-banju kienet qiegħda n-naħa l-oħra tal-kamra fejn kienu qiegħdin.
L-attur qabad liżar, ġeżwru miegħu, u ħareġ mill-kamra biex imur il-kamra tal-banju. Waqt li kien qed jaqsam minn kamra għall-oħra, sab xi nies mhux mistennija! "Insib kważi nofs it-triq, kollha anzjani... kienet imbarazzanti..." Segwu aktar fi-filmat hawn taħt: