Ġest nobbli ħafna mis-Sur Paul Gauci tal-PG Group wassal biex ferraħ bosta għaqdiet u NGO's li jagħmlu l-ġid u għadd ta' karità ma' oħrajn. Paul Gauci u s-sinjura tiegħu taw id-donazzjoni ta' 7 miljun ewro lil 7 għaqdiet volontarji mingħajr ebda ħlas - zero cost.
Dan saħqu Paul Gauci waqt intervista fuq Xarabank fejn b'ċajta qal li lill-Bambin qallu jkompli jgħinu ħa jkabbar il-grupp għax jekk ma ikbirx il-grupp, ma jikbirx il-ġid li jqassam. "X'taħseb Sister?" , qal Paul Gauci lis-Sister waqt li bdew jitbissmu.
Is-sister qalet li x'ħin marru jkellmuha tant ferħet li nfaqgħet tibki, ħarbet minn quddiemhom u marret fil-kappella quddiem Ġesù tirringrazzjahom ta' dawn il-benefatturi kbar. Xi ġmiel! X'ġest sabiħ dak! J'Alla l-ġid!
Ritratt: Xarabank