L-infermiera minn New York City Pamela Ann Orlando, kienet waħda mill-vittmi tal-Covid-19. Minn meta bdiet tħoss is-sintomi ddeċidiet li titfa' filmat kuljum dwar il-kundizzjoni tagħha - speċi ta' djarju.

Il-mara kienet mimlija kuraġġ għalkemm il-qagħda u d-dehera tagħha juru bil-kontra. Orlando kienet omm ta' żewġ subien, li jidhru wkoll f'dan il-filmat t'hawn taħt. L-infermiera f'kull filmat tiddeskrivi dak kollu li bdiet tħoss u kemm-il darba tgħid li "m'għandix amment ta' x'ġurnata hi llum". Lejn l-aħħar bdiet anke titlef in-nifs u hawn fejn il-kundizzjoni tagħha ma ħallithiex titkellem wisq. 

Filmat li ta' qsim il-qalb - kuraġġ lill-familja kollha ta' Pamela Ann Orlando. Minn hawn nieħdu l-opportunità li nirringrazzjaw mill-ġdid lill-infermiera kollha hemm barra li qed jissieltu kontra din il-marda u jipproteġu lilna lkoll!


Kyle Zarb