Iż-żeffien Felix Busuttil kien wieħed mill-mistiedna ta' Sibtek, is-Sibt li għadda flimkien ma' Ryan u Josmar. Ħafna lil Felix jafuh bħala ż-żeffien, iżda riċentament ikkontesta wkoll l-elezzjoni tal-Parlament Ewropej.
Ritratt: JJ Chircop
Għalkemm Felix ma kienx elett mar tajjeb u fil-programm żvela li l-avventura politika tiegħu mhux ħa tieqaf hawn, dan għaliex applika sabiex ikun approvat mill-partit biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali. Hu jistqarr li anke missieru u kemm zijuh kienu ħarġu għal politika: "il-politika kienet parti intergrali fil-familja tiegħi... fid-demm tal-familja hemm demm ukoll politiku."
Hu jqabbel iż-żfin mal-politika u jgħid li t-tnejn jirrekjedu ħin, dixxiplina u studju, u anke l-fatt li tkun sinkronizzat flimkien mal-oħrajn hu parti integrali kemm fiż-żfin u kemm fil-politika. Dan kollu jwassal li għal diversi affarijiet simili.
Jagħlaq bill jgħid: “Il-ħajja hija avventura, ħafna nies jaħsbu li meta int taqa’ jew tkun fid-dlam, id-dlam huwa l-oppost tad-dlam.... l-importanti li meta tkun isfel tħares ‘il fuq.” Messaġġ pożittiv ferm li wieħed jibqa' għaddej.