Wieħed mill-parteċipanti ta' Love Island Malta, Sven Fabri, li nistgħu ngħidu kien fost il-favoriti minn kmieni, qasam xi ħsibijiet tiegħu waqt il-programm Popolin. Fil-fatt Popolina ġimgħa ilu tratta s-suġġett tal-midja soċjali, bullying u żvantaġġi oħra.

Sven qajjem punt li n-nies ħafna drabi jirreaġixxu l-iktar għal affarijiet negattivi li jintqalu jew jintwerew. Dan veru li jiġri hekk kif in-nies malli jaraw difett ngħidu aħna f'persuna, irħilhom imaqdru kemm jifilħu.

Sven jgħid, "In-negattività f'għajnejn in-nies naħseb hi aktar spettakolari. "Flok jgħidu ' kemm hu tifel tajjeb dak', iktar jippreferu jgħidu, 'illallu dak qal relax bello', u 'illallu dak qal li għajnejh ibdlu l-kulur kemm hu iblah'"

Sven jemmen li iktar imur viral il-ħażin milli t-tajjeb fuq il-midja soċjali. Araw aktar hawn taħt:


Kyle Zarb