Mill-aħħar darba li kienet fuq il-programm Illum ma' Steph, l-istilista Noelene telgħet għall-grad ta' nanna nhar il-Ħadd li għadda! Għaldaqstant it-tim ta' Steph xtaq jagħtiha sorpriża ħelwa.

Fil-fatt eżatt malli Noelene semmiet din l-aħbar mill-isbaħ, Steph staqsietha tagħlaq għajnejha għax kienu ser jippruvaw esperiment żgħir. Kien relatat mal-fatt li saret Nanna u xtaqu jużawh biex jawgurawlha l-isbaħ xewqat f'dan il-grad prezzjuż li laħqet f'ħajjitha.

Noelene titkellem dwar s-sentiment li tħoss issa li saret nanna u tgħid li din il-grazzja żiditilha imħabba ġdida f'ħajjitha. Araw daqsxejn ir-reazzjoni tagħha għal din is-sorpriża!


Kyle Zarb