Ix-xogħol ta' Missio Malta hu wieħed tassew nobbli u importanti għal tant u tant nies, għax grazzi għall-ħidma tagħhom, isalvaw bosta tfal u nies. Tul is-sensiela Ara Min Mar, iltqajna ma' diversi personalitajiet Maltin li kellhom ix-xorti li jmorru l-missjoni.

Kollha bil-karattru tagħhom, iżda ħaġa li ħarġet komuni bejnietom kienet li lkoll qablu li l-esperjenza kienet unika li biddlitilhom il-mod ta' kif iħarsu lejn il-ħajja. Kollha jgħidu li hemm, bix-xejn jikkunetaw imbagħad meta jiġu lura hawn ikomplu jirrealizzaw kemm ngħixu f'luss.

Is-Sibt li ġej, Ara Min Mar, ħa jkollu edizzjoni speċjali li ħa tixxandar fis-14:15 filwaqt li fid-20:45 jixxandar programm speċjali ieħor, Mixja Għall-Ilma. Programm li ħa jiffoka fuq it-tbatijiet li jgħaddu minnhom dawn in-nies biex jiksbu ilma, li ħafna drabi jkun ikkontamenat.


Emil Calleja Bayliss