Kif qatt tista' tinsa lill-karattru ta' Gladys? Lura fl-2011 Gladys (interpretat minn Maruska Mallia) kien karattru li tant kien ħalla impatt fuq it-televiżjoni Malti. Ċertament li spikka l-episodju tal-Malta Eurovision 2011, meta Gladys bdiet titkellem fuq il-kontestanti li ħadu sehem dik is-sena flimkien mal-għarus id-Dott.

Dakinhar iltaqgħet anke ma' Glen Vella, li kien irrappreżentana dik is-sena bil-kanzunetta One Life. X'memorji! Għall-2022 il-Malta Eurovision hu mistenni li jirritorna fi Frar! Tgħid ikollna xi opinjonista bħal Gladys li titkellem dwaru?

Araw tiftakruhiex din ix-xena! Nidħku naqra, għandna bżonn!


Kyle Zarb