Ftit aktar kmieni Joseph Borg magħruf aħjar mat-telespettaturi bħala Ġorġ tad-Doughnuts u Tiziana Calleja, marru live fuq Facebook, sabiex juru lit-telespettaturi xi jkun qed jiġri wara l-kwinti tal-programm lokali Kalamita. Ġorġ jippreżenta l-programm ma' preżentaturi differenti tul il-ġimgħa u lbieraħ ma kienx imiss lil Tiziana, iżda miegħu kellu lil Veronica Farrugia. Wiċċ familjari mat-telespettaturi.

Jidher li Tiziana, kienet fil-kumpless ta' ONE, għax kienet fuq ir-radju. Bil-karattru ċajtier tiegħu, Ġorġ lil Tiziana qallha, "Jien u int anqas suppost qegħdin nitkellmu. Imissek tistħi ta'... vera jmissek tistħi. Tkun qiegħda hawnhekk. Tispiċċa radio u ma tiġix tgħidilna hello." Tiziana waqt li qed jispjega ssaqsih għaliex u tispjegalu li kienet mgħaġġla wara b'hekk ma waqfitx sa ħdejhom.

Insomma, il-karattru ċajtier ta' Ġorġ dejjem b'xi waħda imma b'hekk jinżel għasel mat-telespettaturi. Fl-aħħar tal-filmat, Tiziana wkoll issemmi xi qlajjiet li mhux l-ewwel darba semgħet dwarha u dwar Alfred! Barra li Ġorġ b'ċajta jgħid li... insomma ħa nħallukom tarawh ħa tiħdku daħka.

Facebook / Kalamita


Emil Calleja Bayliss