Il-kumpanija li ġabet f'Malta spettakli bħal X Factor, Malta's Got Talent, The Voice Kids u Shark Tank, ġabet ukoll artisti kbar f'pajjiżna. Fosthom insibu lil Sam Ryder, il-kantant li ġie fit-tieni post fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta popolari Spaceman.
Sam ta spettaklu brijjuż u indimentikabbli ġewwa Fort Manuel f'Lulju 2022, b'artisti Maltin ta' stoffa li kantaw ukoll fuq l-istess palk. Din id-darba l-kumpanija tefgħet filmat fejn qed tinki lill-pubbliku dwar "l-aqwa artist" li ħa jkun qed jiġi Malta.
Aktar mistenni jitħabbar bħal-lum ġimgħa.