Il-kantanta bravissima u unika Destiny, ir-rapreżentanta ta' Malta fil-Eurovision Song Contest 2021, reġgħet qassmet magħna interpretazzjoni emozzjonali ta' kanzunetta klassika! Fil-fatt All By Myself hi kanzunetta għal qalb Destiny, liema kanzunetta qed tiddedikaha għal ħafna nies, fosthom l-għażiż nannu tagħha li llum il-ġurnata m'għadux magħna.
Destiny tgħid, "Illum hi ġurnata speċjali għalija, qed naqsam magħkom interpretazzjoni ta' kanzunetta li tant hi għal qalbi. Waqt li qed nippakkja l-bagalji għall-avventura kbira f'ħajti , il-Eurovision Song Contest, qed naħseb f'kemm għaddejna minn tlajja' u nżul kollha kemm aħna, matul din is-sena". Destiny tgħid li tiddedika din il-kanzunetta lit-tim mediku kollu li bħalissa għaddej minn sagrifiċċji kbar u ħidma bla waqfien għall-ġid tagħna lkoll. "Ippermettuli niddedika din il-kanzunetta lin-nannu tiegħi... li tant nħoss in-nuqqas tiegħu".
Isimgħu x'emozzjoni trasmettiet b'din l-interpretazzjoni! Brava, Brava, Brava!