Il-jum tal-bieraħ is-soltu jkun ikkaraterizzat b'tant mistennija, b'bosta familji jinġabru għand xulxin jaraw l-ispettaklu li joffri l-Eurovision ta' kull sena. Spettaklu kontroversjali imma maħbub. Aħna l-Maltin irridu nammettu, li aħna ħafna li nħobbuh. Destiny kieku kienet se tirrappreżenta lil pajjiżna.
Iżda lbieraħ sar programm speċjali minħabba li din is-sena ma sarx bħas-soltu minħabba l-pandemija tal-Covid-19 bl-isem ta' "Eurovision: Europe shine a light" fejn intwerew filmati ta' bosta kanzunetti minn pajjiżi fosthom minn pajjiżna.
Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina kiteb fuq facebook li jħossu kburi li lbieraħ waqt l-ispettaklu, dehret il-Kalkara f'isem Malta li spikkat mal-ibliet mill-pajjiżi Ewropej u oħrajn. Tenna li jħossu komoss li minn fost tant żoni, kellha tkun din il-binja storika ta' Bighi fil-Kalkara li tħalli l-marka tagħha.
Prosit tassew u għall-sena oħra... Kuraġġ lill-artsiti kollha u lil dawk li għandhom il-Eurovision tant għal qalbhom!
Ritratt: Facebook/ Wayne Aquilina