Illum, il-qanpiena l-kbira bdiet it-triq tagħha mill-Mosta għaż-Żebbuġ fost ħafna ferħ u ċapċip! Wara li sar ir-restawr u nħadmet l-istruttura l-ġdida, il-qanpiena intrefet bil-crane u tpoġġiet fuq trakk ħalli taqbad triqtha.

Fil-filmat jidher kemm kienu kuntenti b’dan ix-xogħol. Infatti, il-persuna li oriġinarjament beda’ jieħu l-filmat, telaq il-mobile, tah lil ħaddieħor, u mar idoqq il-qanpiena tal-aħħar qabel dan il-vjaġġ.

Proset kbira lil dawk li ħadmu fuq ir-restawr tal-qanpiena!


Shanice Ahar