Minkejja l-appelli kontinwi tal-awtoritajiet, dawn jidher qed jaqgħu fuq widnejn torox. Ġewwa l-pjazza ta' Raħal Ġdid fejn insibu żewġ fergħat ta' banek lokali, il-Pulizija kellhom jintervjenu minħabba li n-nies ma kinux qed iżommu d-distanza soċjali li qed tkun rikomandata fuq il-midja mill-awtoritajiet.

Barra minn dan, jidher li anke anzjani 'l fuq minn 65 sena kienu jinstabu barra sabiex jagħmlu xi qadi li jqisuh essenzjali. Malli l-pulizija rċevew ir-rapporti dwar dan, mill-ewwel niżli l-pjazza sabiex jaraw x'kienet is-sitwazzjoni u jferrxu n-nies u jispjegawlhom l-importanza li wieħed iżomm distanza ta' żewġ metri bejn persuna u oħra.

Jidher li kif il-pulizija jitilqu n-nies kienu qed jerġgħu jinġabru. Brian Hansford li tella' l-filmat fuq Facebook, għamel l-appell sabiex il-miżuri li qed jgħidulna nsegwu l-awtoritajiet jiġu segwiti għax dan ħa jkun żmien kruċjali ferm għal pajjiżna. Hu importanti li nifhmu dak li qed jgħidulna hu għas-saħħa tagħna u ta' dawk madwarna.

Facebook / Brian Hansford


Emil Calleja Bayliss