Il-fotografu bravissimu Angelo Caruana riċentament xerred fuq il-profili tiegħu avventura oħra li teħodna lejn il-Mosta, ġewwa Wied l-Isperanza. Dan huwa episodju speċjali għal Angelo u l-kollegi tiegħu Pierre u Vince, hekk kif magħhom ingħaqdet is-segwaċi tagħhom u preżentatriċi magħrufa Stephanie Spiteri minn Illum ma' Steph.
Fil-fatt Steph ma damitx ma skopriet b'dak li kien hemm fil-madwar, hekk kif iċċumbat ħofra żgħira moħbija wara l-ħaxix. Angelo u sħabu jispjegawlha anke dwar l-esperjenzi li jgħaddu minnhom u l-iskopijiet tagħhom, fosthom dak li forsi xi darba jkunu fortunati biżżejjed li jiltaqgħu ma' xi skopera kbira. Steph tgħid li din hi xi ħaġa speċjali għaliha, għall-fatt li flok qed issegwi l-avventuri ta' Angelo u l-kollegi fuq il-midja soċjali, din id-darba qiegħda preżenti magħhom. Bħal dejjem Angelo jispjega diversi informazzjoni mill-istorja marbuta ma' dak li ltaqgħu miegħu waqt din l-esperjenza ġewwa Wied l-Isperanza. Angelo u Steph jaqblu li huwa wied ideali biex tmur għal xi passiġġata peress li mhux kbir ħafna u mhux maqtugħ ħafna. Il-passaġġi sbieħ ma jonqsux tul din l-avventura.
Wara l-ammont ta' affarijiet mormija li ltaqgħu magħhom, Angelo, il-kollegi tiegħu flimkien ma' Steph jitkellmu dwar l-importanza li wieħed jibża' għall-ambjent u ma jarmix barra. Steph anke tissuġġerixxi biex wieħed jiġbor f'borża affarijiet bħal plastik biex jgħin għal ambjent aktar nadif. Angelo jappella biex wieħed anke joqgħod attent kif u fejn jirfes meta jkun miexi f'kampanja bħal din, jew anke jkun għaddej b'xi rota. Juri anke xi ħsara li diġà saret sfortunatament.
Segwu aktar din l-avventura li għexet Stephanie flimkien ma' Angelo u sħabu