Elaine Sammut u Gloriana Arpa Belli huma ħbieb kbar. Riċentament huma ltaqgħu fuq il-programm The Entertainers li jixxandar kull nhar ta' nhar Sibt fuq Net TV. Lil Elaine nafuha bħala preżentatriċi fuq l-istess stazzjon iżda din id-darba ma kinitx hemm tippreżenta.
Elaine kienet hemm biex tiġi intervistata flimkien ma' Gloriana u spiċċaw saħansitra jkantaw flimkien il-kanzunetta That's What Friends Are For. Din kienet ta' sorpriża għal ħafna nies għax għalkemm lil Elaine ġieli rajnieha bħala attriċi qatt ma konna nafu li tinteressa ruħha wkoll fil-kant.
Bi ftit inkoraġġiment tal-ħabiba kbira tagħha Gloriana, Elaine marret tajjeb għall-ewwel darba li kantat live ma' live band fuq it-televiżjoni. Tgħid ħa nisimgħu aktar bik 'il quddiem fix-xena mużikali?
Facebook / Elaine Sammut