Waqt il-programm Għaddi s'hawn, il-preżentatriċi Antonella Vassallo qed tieħu pjaċir doppju! Bħas-soltu mistieden ikollha xi ħadd mill-kantanti residenti tal-programm, li jkanta xi silta mill-isbaħ live. F'dan il-filmat kien imiss lil Philip Vella li għażel silta movimentata u jidher li hi waħda mill-favoriti tagħha!

Antonella qas laħaq wasal ir-ritornell tal-kanzunetta li ma bdietx tiċċaqlaq, iddur u tiżfen mal-kant ta' Philip. Il-cameraman jidher li xtaq iġibha tidher sew tiżfen għax dawwar fuqha kemm-il darba! Imsomma nistgħu ngħidu li Walking on Sunshine kienet fost l-iktar prestazzjonijiet waqt Għaddi s'hawn li ħa jibqgħu jissemmew eh! 

  Arawha xi trid! 


Gwida.mt