Sean Gravina, il-proprjetarju tar-restorant Crust, iqajjem punt validu mmens dwar il-miżuri li daħħlu fis-seħħ. Hu jitkellem dwar il-fatt li min għandu barra, qed jiġi mitlub li juża barra biss u ġewwa ma jmissux.

Sean jistqarr li din il-miżura mhux qed tieħu f'konsiderazzjoni n-numru ta' nies li wieħed jista' jżomm ġewwa u n-numru ta' nies li wieħed jista' jżomm barra. Hu qed għamel dan il-filmat, sabiex il-messaġġ jasal aktar malajr. Jistqarr mill-ewwel li mhux filmat biex jilmenta u ma għandu xejn kontra l-Awtorità tat-Turiżmu.

Kif kulħadd jaf, hawn diversi postijiet f'pajjiżna li għandhom spazju kbir fuq ġewwa iżda spazju limitat fuq barra jew inkella f'xi terrazin. Sean iwissi, "is-sitwazzjoni ħa tiggrava mhux ħa ssir aħjar."

Sean jinsisti, "Is-saħħa tiġi l-ewwel qabel kollox, iżda jekk restorant li ma għandux terrazin barra ħa jkun qed jaħdem fuq ġewwa, ma għandux għalfejn restorant li għandu terrazzin barra, ma għandux għalfejn ma jiftaħx ġewwa. Dejjem skont il-miżuri..."


Emil Calleja Bayliss