Ilbieraħ fuq Malta's Got Talent rajna lil Clayton u lil Daphne mal-grupp ta' Kinetic Dance Academy li taw spettaklu mill-aqwa bit-tema Kinetic Rocks. Spettaklu li nkorporaw diversi stili ta' żfin flimkien, mhux hekk biss imma kellhom ukoll etajiet differenti! L-iżgħar ta' 7 snin u l-ikbar waħda ta' 32 sena.

Kif tistgħu taraw fil-filmat t'hawn taħt huma taw impressjoni tajba mmens bil-kostumi sbieħ li kellhom iżda meta beda ż-żfin, il-ġurija kienu impressjonati b'dak li raw quddiehom. Il-grupp irċieva iva mingħand kull membru fuq il-panel tal-ġurija biex b'hekk jgħaddi għal fażi li jmiss. Tassew interessanti naraw x'ħa jkunu qed iħejju aktar 'il quddiem.


Emil Calleja Bayliss