L-aħbar li mara nqatlet wara inċident tat-traffiku żgur li ħasdet lil bosta nies. ONE News ftit tal-mumenti ilu, xandru l-filmat tal-mument li sar dan l-inċident. Il-vittma żgur li ma kellix ċans li tevita l-karozza li jidher li saqet għal fuqha bla kontroll u spiċċat baqgħet dieħla fi stabbiliment tal-ikel.

Ħafna jistqarru li din qisha xi xena minn ġo film iżda xena li żgur tħalli lil kulħadd bla kliem. Tajjeb li navżawkom li kapaċi dak li jkun isib il-filmat disturbanti. Il-mara li ġiet nieqsa f'dan l-inċident hija Torka ta' 30 sena. Għadu mhux magħruf eżattament x'wassal għal dan l-inċident iżda jidher li s-sewwieq seta' kien taħt l-effett ta' xi sustanzi.

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, insellmu l-memorja ta' din it-tfajla u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u l-ħbieb.


Gwida.mt