Il-Kummissarju għad-drittijiet tal-persuni b'diżabbilità Oliver Scicluna tefa' filmat fejn jidher jittrenja taħriġ bażiku. Iżda ma waqafx hemm. Iddeċieda li joffri l-isfida lil xi wħud minn sħabu!

Qed nisimgħu spiss li huwa tajjeb li nżommu ruħna attivi f'dawn il-mumenti anke minħabba l-fatt, li hemm min awtomatikament jiekol iżjed la jkun f'daru. Tajtna eżempju tajjeb Oliver. Ħa naraw kemm ser jilqgħu l-isfida tiegħek! Grazzi u prosit tal-kuraġġ!

Aħna ta' Gwida.mt, ser nippruvaw insegwuk imma mhux se nwegħeduk li nuruk il-filmat tagħna għax indaħquk waħda żgur!

Ritratt: Facebook/ Oliver Scicluna


Clifford Galea