It-talent f'persuna normalment jibda jidher minn meta jkun għadu żgħir. Ħafna personalitajiet jgħidulek li minn dejjem kienu juru mħabba lejn it-talent jew passatemp tagħhom. L-attur Stephen Mifsud tkellem waqt il-programm Illejla Llejla dwar kemm minn dejjem kien iħobb jimita.
"Minn dejjem kienet togħġobni l-kummiedja... Aħna televiżjoni Taljan l-iżjed li konna naraw. Kont noqgħod nara lill-preżentaturi u nipprova nimitahom... il-kummiedja minn dejjem kienet hemm. Li nimita speċjalment, minn meta kont żgħir."
Fost il-karattri li nafuh jinterpreta lil Stephen huwa Carmelo Arancini. Segwu hawn taħt: