Illum il-preżentatriċi ta' TVAM Dorianne Mamo laqgħet fil-programm lill-karattri wara Mamà Pig u Papà Pig minn Peppa Pig bil-Malti, kif ukoll lil Rachel Cachia minn Media Exclusive.  

Skoprejna fatt kurjuż li dawn iż-żewġ personalitajiet għadhom qatt ma ltaqgħu flimkien qabel dan il-programm. "Qatt ma ltqajna, llum l-ewwel darba. Ilna nitkellmu f'kull episodju li smajtuna," tgħid Valerie.

Ludwig ikompli, "Naraw lil xulxin fuq it-televiżjoni, naħdmu t-tnejn fuq it-televiżjoni, u ma niltaqgħux." Rachel issemmi kif il-karattri u l-atturi meta jkunu qed jirrekordjaw il-vuċijiet tagħhom, ikunu weħidhom. Meta jsir id-dopjaġġ l-atturi ma jiltaqgħux.

Tistgħu timmaġinaw ix-xogħol professjonali tal-edituri biex jagħqdu kollox flimkien bil-vuċijiet b'kollox. Segwu l-intervista t'hawn taħt biex tapprezzaw aktar il-ħidma siewja li ssir minn kull parti tal-kast u kru wara Peppa Pig.

Prosit kbira!

tvmi/Peppa Pig/S01E020


Kyle Zarb