Min jaf kemm hawn nies li kienu qed jgħiru għalih? Il-Kapxi spiċċa qatta' ġurnata ma' Jacqui Losco u rċieva trattamenti stilla sabiex iħejji ruħu għall-programm.
L-avventura bdiet għand ħanut li jagħmel il-messaġġ permezz tal-ħut, kompliet għand tad-dwiefer u wara marru jieklu xi ħaġa għax kienu fjakkaw imbagħad kien imiss waqfa għand il-barbier u għalqu għand tal-ħwejjeġ.
L-isbaħ mument ta' din l-avventura żgur kien xħin il-Kapxi ħaraq wieħed kif jaf hu lill-ħut bħala ringrazzjament ta' xogħolhom! Hu beda jibża' li forsi jbeżżahom imma ma ġewx affettwati.