Din il-kanzunetta “Pajjiz tal-Miki Maws” żgur hija familjari mal-maġġoranza tal-Maltin.

John Bundy kien rebaħ il-festival l-Għanja tal-Poplu fl-1995 b’din id-diska u lbieraħ waqt li kien mistieden fuq Serataron din id-diska ħadet xejra differenti kif imdorrijin nisimgħuha ssoltu. Fil-programm kienu mistednin ukoll Amber u l-Lapes, fejn dawn ingħaqdu ma’ Bundy u flimkien reġgħu taw ħajja lil din id-diska bl-istil differenti tagħhom.

Dan wara li ntlabet il-logħoba “Aqrali xuftejja” fuq il-programm u l-aħħar frażi kienet “Konna u għadna ngħixu”, parti mil-lirika li tibda l-kanzunetta biha, u wara l-preżentatur Ron talab biex titkanta “Pajjiz tal-Miki Maws” waqt il-programm.


Henzley  Bezzina