Suor Cristina, jew aħjar Cristina Scuccia, li hi r-rebbieħa ta’ The Voice tal-Italja fl-2014, Suor Cristina, tkellmet dwar il-bidla li għażlet għal ħajjitha, hekk kif telqet minn soru.
Cristina rebħet wara li mill-bidu nett serqet il-qlub ta’ bosta bit-talent tagħha, u ċertament baqgħet tissemma. Kliemha wara r-rebħa kien, “irrid li Ġesù jiġi hawn”.
Cristina tixtieq tkompli timraħ fil-karriera mużikali, u fil-fatt din id-deċiżjoni ħaditha propju biex tkompli taħdem fuq il-mużika. Hi tkellmet fuq stazzjon Taljan dwar dan.
Il-kantanta u eks soru temmen li kulħadd għandu jisma' minn dak li tgħidlu qalbu, anke jekk tkun deċiżjoni li ġġib bidla. Taċċerta li l-imħabba tagħha lejn Alla u r-reliġjon ser jibqgħu, u l-imsemmija bidla mhix se taffettwalha l-fidi tagħha.
Awguri lil Cristina!