Il-kantanta Maltija Ela Mangion tippreżenta kanzunetta ġdida 'Colours' flimkien mal-vidjo mużikali. Il-kantanta ħa tkun qed taħdem taħt isem ġdid ukoll, li hu Justel.
Din il-bidla ġabet magħha wkoll opportunità għall-kantanta biex taħdem ma' mużiċisti kbar li ħadmu anke mal-kantanta internazzjonali Rihanna. Fosthom hemm Amir Yaqub li anke rebaħ titli prestiġġjużi bħall-Grammy Awards għal xogħlijiet ta' albums mużikali.
Justel (Ela) hi l-kantanta li rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision tal-2018 fejn klassifikat fil-ħames post. Prosit Justel, tassew għandna għalxiex inkunu kburin!