Dawn Nicolette u Daniel, iltaqgħu ta’ sittax-il sena l-iskola u minn hemm nibtet ir-relazzjoni tagħhom. Din il-koppja ser jiżżewġu nhar il-Ġimgħa, 21 t’ Awissu. Data li għaliehom tfisser ħafna. F’intervista qalulna li ma xtaqux ibiddlu d-data u dik kienet l-unika data li dejjem kellhom.

Skip Ad in 5 seconds Skip Ad

Kellhom b’kollox mistednin mat-300 ruħ iżda ħafna minnhom bagħtulhom huma stess li mhux ġejjin minħabba l-pandemija. Obdew ir-regolamenti ta’ Tnejn li għadda u nhar il-Ġimgħa ser ikollhom tieġ bl-imwejjed. “Fl-aħħar mill-aħħar minkejja dan kollu, xorta. Ser tibqa’ l-ġurnata favorita tagħna!” jgħidilna Daniel.

 

Daniel ta’ romantiku li hu ippropona lil Nicolette quddiem it-Torri Eiffel sentejn ilu u daqshekk ilhom jaħsbu għal din il-ġurnata speċjali. Fl-intervista jirrakontalna kif ipprepara din is-sorpriża lit-tfajla tiegħu, b’Nicolette ma kienet taf xejn għalkemm is-suspetti ma naqsux.

“Għamilna kollox kif sippost. Fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma jaf x’ser jiġri s-sena d-dieħla. Bħalissa qedgħdin il-familja kollha erbat tijiem oħra jista’ jkun hemm intoppi oħrajn” jgħidilna tajjeb Daniel.

Dawn it-tnejn għandhom isservu ta’ kuraġġ kbir għal dawk il-koppji li inċerti fuq it-tieġ tagħhom. Flimkien wasslu l-messaġġ li “L-Covid-19 irridu nitgħallmu ngħixu biha. Jekk mort nixtri, mort xogħol, mort niġbed il-flus is-suġġett għar-riskju xorta qiegħed hemm. Il-ħajja trid tibqa’ għaddejja u ma tistax tissakkar ġewwa u ma toħroġx”.

Minn qalbna nawguraw lil Nicolette u Daniel l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata tant għażiża għaliehom.


Anthony Baldacchino