Serqu l-qlub tal-Maltin f'X Factor Malta u wara sena u nofs, il-grupp lokali FAITH ħarġu l-ewwel kanzunetta oriġinali tagħhom bl-isem ta' The Take Off li ħadmu fuqha flimkien ma' Lex.

Il-grupp kien favorit immedjatament fuq X Factor Malta u rnexxielu jikseb it-tielet post fil-finali tat-Tieni Staġun. Il-momentum tagħhom waqaf minħabba l-pandemija, iżda l-grupp ma wera l-ebda sinjal li jieqaf u baqgħu jaħdmu flimkien.

Il-ħames tfajliet kollha dejjem ħolmu li jkunu parti mill-industrija tal-mużika u issa huma saħansitra aktar determinati bħala grupp biex juru dak li ilhom jaħdmu fuqu. The Take Off hija l-ewwel kanzunetta mill-EP li jinsabu jaħdmu fuqu bħalissa.

‘The Take Off’ hija waħda mill-kanzunetti mill-EP li jmiss tagħhom. "Kienet l-ewwel darba li naħdmu fuq mużika oriġinali u niktbu l-lirika flimkien bħala grupp u allura dan għandu sinifikat speċjali għalina" qal Megan. Il-kanzunetta, li kienet miktuba flimkien minn DJ LEX tirrappreżenta l-bidu tal-karriera tagħhom, billi jaħdmu flimkien fuq dak li jħobbu l-aktar.


Emil Calleja Bayliss