Bħalissa għaddejja fażi oħra waqt il-kompetizzjoni tal-preżentaturi prospettivi waqt Illum ma' Steph. Fil-fatt diġà saru l-ewwel intervisti li kellhom iħejju l-parteċipanti bħala sfida biex jgħaddu għall-fażi li jmiss.

Huma kellhom jippreparaw xi tip ta' intervista bin-natural tagħhom, u għal dan huma se jiġu ġġudikati kemm bil-vot tal-pubbliku kif ukoll bil-punti tal-ġurija. Il-ġurija professjonali li ser ikunu qed jagħtu l-punti tagħhom huma;

  • Gordon Bonello
  • Emil Calleja Bayliss
  • Ron Briffa
  • Dr. Mark Sammut
  • Sur Charles Dalli
  • Mr. Frans Lia
  • Noelene Miggiani
  • Sur Joseph Zammit
  • Dr. Michael Spagnol

Karly May Naudi hi wkoll parteċipanta waqt il-kompetizzjoni ta' Illum Ma' Steph, u għażlet li titkellem mal-forografa u lekċerer Therese Debono. Therese hi fotografa magħrufa immens waqt it-tiġijiet fost l-oħrajn, u għandha ripertorju interessanti immens, anke fuq il-midja soċjali tagħha. 

Therese tkellmet ma' Karly dwar il-bidu tal-karriera tagħha. Kollox beda minn 39 sena ilu meta twieldet oħtha, u tant kienet ferħana bil-wasla tagħha, kienet tiġbdilha ritratt wara l-ieħor. Therese tgħid li qatt ma ħasbet li l-fotografija setgħet kienet tkun karriera. Biż-żmien studjat u speċjalizzat fuq din il-passjoni li għandha llum.

Il-fotografa għaddejja b'diversi proġetti fosthom il-kalendarju tal-Women for Women Foundation, li kumbinazzjoni minnu tagħmel parti wkoll Karly May. Dan hu proġett li fil-fatt spiċċatu fl-aħħar ġimgħat. Ħafna mix-xogħol tagħha għamel suċċessi kbar u spiċċa f'diversi esibizzjonijiet.

Therese issemmi kif wara kull staġun tat-tiġijiet li jagħlaq, hi tibda taħdem fuq il-proġett li tant tħobb, Brides on Beds, fejn tiġbor ħafna ritratti minn diversi tiġijiet. B'dan il-proġett Therese issemmi li tinvestiga kemm hu interessanti li tinżamm it-tradizzjoni li l-għarajjes joħorġu minn djar il-ġenituri tagħhom.

Therese tgħaddi parir lill-istudenti u liż-żgħażagħ biex qatt ma jaqtgħu qalbhom milli jistudjaw u jipprattikaw il-fotografija. "Vera hi worth it li tistudjaha l-fotografija. Mhix biss li tieħu ritratt, iżda jekk tagħmilha b'ċertu sens ta' etika u responsabbilta, tista' tqajjem għarfien dwar diversi aspetti." 

Segwi aktar hawn taħt:


Gwida.mt