Hekk kif ninsabu f’Novembru; ix-xahar marbut mal-memorji u t-tifkira ta’ dawk li ħallew din id-dinja qabilna, il-kantanti Sebastian Calleja, Daniel Muscat Caruana u Vanessa Sultana ngħaqdu flimkien u rrekordjaw cover version ta’ Mariah Carey u Boyz II Men bl-isem ta’ ‘One Sweet Day.’

Fuq il-mezzi tal-midja soċjali bosta kienu dawk li kkummentaw pożittiv lill-kantanti tal-interpretazzjoni li taw mill-aqwa u li għenithom jiftakru fl-għeżież tagħhom fejn anke saħqu li qabżitilhom demgħa malli semgħuhom.

Fil-filmat jidhru ritratti li huma marbuta personalment mal-kantanti nfushom kif ukoll artisti li ħallewna, kemm mix-xena lokali u anke minn dik internazzjonali.

Il-kantanti kellhom kliem ta’ ringrazzjament ukoll għall-Gaetano li tahom l-opportunità jkantaw din il-kanzunetta waqt sfilata tal-moda li ttellgħet minnu ftit tal-ġranet ilu fil-Ħamrun.

Ritratt: Sebastian Calleja/ Facebook


Clifford Galea