Fuq il-mezzi soċjali u l-grupp ta' whatsapp bdew iduru filmati ta' festin li allegament sar din il-ġimgħa ġo villa privata. Festin li sar ġo villa privata u jidher li sfida r-regolamenti kollha tal-Covid-19. Dan għaliex kien hemm numri konsiderevoli ta' nies u ħadd ma kien liebes maskra.

Bħalissa fis-seħħ hemm miżura li dak li jkun ma jistax jiltaqa ma' aktar minn persuna waħda f'dar differenti! Iżda jidher li dan ukoll ġie injorat. Ħafna qed jitolbu li ssiru ġustizzja. Kienu bosta kantanti, mużiċisti, djs u nies fl-industrija tal-ispettaklu li wrew id-diżappunt tagħhom li huma ilhom tant neqsin minn din ix-xena, u nies bħal dawn, b'mod irresponsabbli organizzaw festin sħiħ.

Int x'taħseb dwar dan?


Gwida.mt