Id-Drop Out Dj Brass fuq idea ta' Mro. Joseph Chircop u Justin Azzopardi ilhom li bdew imorru jdoqqu fit-toroq biex iferrħu lill-poplu Malti waqt din il-pandemija tal-covid 19. Intlaqgħu tajjeb u Joseph Chircop ġietu idea li jkellem lil Mike Spiteri biex jingħaqad magħhom u jibdew imorru jdoqqu wkoll fir-residenti tal-anzjani, fosthom Roseville f' Ħ’Attard u Zammit Clap f' Tas-Sliema.

Dawn il-mużiċisti qegħdin jagħmlu dan kollu b’mod volontarju u mhux talli hekk, talli qed jiġbru wkoll il-flus li qed imorru għall-Annimali. Wara kull attività saħansitra jtellgħu l-irċevuti fuq il-Paġna tagħhom ta' facebook.

Ritratt: Facebook/ Joseph Chircop


Clifford Galea