Madwar id-dinja, madwar 500,000 annimal ibatu u jmutu kull sena. Illum il-ġurnata n-nies jaħsbu li din hija kwistjoni tal-passat iżda l-ittestjar fuq l-annimali għadu għaddej.

L-MSPCA ħadet l-inizjattiva u kkollaborat mal-PETA biex tqajjem kuxjenza dwar din il-kwistjoni attwali. Flimkien ma’ Sprout Media stiednu 6 personalitajiet; Valentina Rossi , Moira Delia , Clare Agius , Nate Darmanin , Fabio Spiteri , Frank Zammit biex isegwu l-proċess diffiċli biex jaraw esperimenti fuq l-annimali.

Bosta minnhom baqgħu bla kliem. "Jaħasra, Ibatu wisq! Ara naqra kif qed iżommuhom." Moira ma tiflaħx il-mument xħin l-annimali qabel l-esperimentazzjoni jitpoġġielhom numru ma' moħħhom.

Proċess ta' dieqa fuq klieb, ħnieżer u ġrieden li bla dubju emozzjonahom u xxukkjahom. MSPCA jappellaw, "Jekk jogħġbok għinna nwaqqfu dan. Nistgħu ngħinu biex tintemm din it-tortura bla bżonn u nipprojbixxu l-ittestjar fuq l-annimali mill-UE kollha. Iffirma HAWN".


Kyle Zarb